Welcome to your village
Għal-ewwel darba ġo dan il-ġnien pittoresk ser tittelgħa attivita li ser toffri ikel, varjeta ta’ ġobon lokali, ħwawar Maltin, kif ukoll inbid lokali. Ser jiġu organizzati logħob tradizzjonali li jinkludu l-brilli, boċċi tal-hġieġ, tal-karetta, biċ-ċirku, tal-ħabel, il-passju fost oħrajn. Ser issir kompetizzjoni tal-ġbid tal-ħabel, żfin u daqq tradizzjonali, Għana, Mużika u Marċi Brijuzi. Wieħed isib ukoll varjeta ta’ karozzi antiki. Parkeġġ bla ħlas ser ikun organizzat.